Internazzjonali

Ir-Renju Unit maqbud fil-morsa tal-maltemp

epa05082074 Park Crescent is seen flooded with homes abandoned in York city centre, North Yorkshire, Britain, 28 December 2015. The nearby river Ouse burst it's banks after heavy rainfall over the UK Christmas Boxing Day public holiday, causing widespread flooding across the north of Britain with many residents being evacuated by rescue services. EPA/LINDSEY PARNABY

Mijiet ta’ persuni kellhom ikunu evakwati minn djarhom u eluf tħallew mingħajr provista tal-elettriku fl-Ingilterra, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq minħabba l-maltempata mlaqqma ‘Storm Frank’.
Maltempata li ġabet magħha ħafna xita f’zoni li ftit ġranet ilu spiċċa mgħarrqa minħabba maltempata oħra.
Maltemp li wassal biex f’Croston f’Lancashire, inħarġu twissijiet li jista’ jkun hemm periklu għar-residenti minħabba l-għargħar li jista’ jkun hemm filwaqt li f’Hawick, ir-residenti ta’ 300 dar kienu evakwati minħabba l-periklu li hemm mill-ilmijiet.
Għall-Ingilterra u Wales inħarġu 46 twissija ta’ għargħar filwaqt li fl-Iskozja nħarġu 60 twissija. Fir-reġjun ta’ Dumfries u Galloway fl-Iskozja, ir-raħal ta’ Carsphairn, spiċċa iżolat u n-nies kellhom ikunu salvati b’laneċ. Dan hekk kif parti mill-belt ta’ Dumfries ukoll spiċċat mgħarrqa wara li faret ix-Xmara Nith.
Sadattant raġel kien arrestat fuq suspett ta’ serq minn djar evakwati f’West Yorkshire, hekk kif kien hemm diversi rapporti ta’ serq minn djar fiz-zoni evakwati.
Sadattant skont il-Met Office Ingliż, l-aktar li niżlet xita kien f’Capel Curig f’Wales fejn niżlu 1,000mm ta’ xita ferm aktar mill-medja ta’ 300mm għax-xahar ta’ Diċembru.
Apparti l-effetti tax-xita, Storm Frank ġabet magħha wkoll riħ li f’ċerti postijiet laħaq il-qawwa ta’ 129 kilometru fis-siegħa. Riħ li qanqal mewġ kbir tant li parti mill-Birnbeck Pier f’ Weston-super-Mare kkrolla u fl-Isle of Man hemm Red Weather Warning kemm minħabba r-riħ kif ukoll ix-xita.