Il-Pulizija Taljana kissret grupp ta’ ħallelin tal-art bażati fl-ajruport internazzjonali ta’ Fiumicino fil-kapitali Ruma.
Fil-grupp ta’ kriminali kien hemm membri tat-taqsim tat-tindif tal-ajruport kif ukoll xi ground crew li kienu jisirqu xogħlijiet tal-arti mill-passiġġieri. Il-membri tal-grupp kriminali kienu jisirqu x-xogħlijiet tal-arti billi jġibu skuża li dawn iridu jittieħdu lejn zona għal affarijiet kbar biex imbagħad dawn jinsterqu.
Fost ix-xogħlijiet tal-arti li nstabu mill-Pulizija, kien hemm xi wħud meqjusa bħala importanti. Issa l-Pulizija qed ikollha biċċa xogħol biex tipprova ssib ta’ min kienu dawn il-pitturi b’xi wħud jiġu lokalizzati f’galleriji tal-arti f’Ruma.
Issa hemm żewġ impjegati tal-ajruport li kienu akkużati b’serq filwaqt li hemm possibbiltà li fil-ġranet li ġejjin jittieħdu passi kontra oħrajn.
Jinqabdu ħallelin ta’ arti fl-ajruport ta’ Ruma
