Il-Union Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel reġgħet wissiet lill-Gvern li jekk se jimpjega infermieri barranin b’salarju ikbar minn dak li jirċievu l-Maltin, hi tordna azzjonijet industrijali.
L-aħbar li l-Gvern kien qed ifittex infermieri b’salarju ta’ €30,000 fis-sena ħarġet lejn il-bidu ta’ Diċembru, bl-MUMN, fl-ewwel reazzjoni tagħha tgħid li kienet preokkupata b’din l-aħbar.
Issa, kważi xahar wara, f’ittra li ntbgħatet mill-uffiċjali tal-MUMN, il-Gvern ġie mwissi li l-MUMN lesta todna direttivi industrijali u f’postijiet oħra tax-xogħol fejn jaħdmu l-istaff nurses.
L-MUMN qalet li lesta tagħmel dan jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jimpjega infermieri bid-degree b’salarju differenti minn dak li jirċievu staff nurses Maltin fl-ewwel tas-sena tagħhom. Salarju li ma jilħaqx l-ammont ta’ €30,000 fis-sena.
Fl-ittra tagħha lill-Gvern, l-MUMN qalet li jekk jiġu impjegati infermieri barranin bid-diploma, dawn iridu jiġu impjegati fl-iskala numru 12, bl-istess ammont ta’ salarju gross daqs dawk li jirċievu l-infermieri Maltin.
Fin-nuqqas ta’ dan, l-MUMN tkun lesta li tordna dawk id-direttivi industrijali opportuni u skont il-liġi, temmet tgħid il-Union.
//= $special ?>
