Lokali

Tlett persuni arrestati wara qabda ta’ droga

Tlett persuni tressqu l-Qorti wara sejba droga li saret fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.

Tnejn mill-irġiel għandhom 18-il sena filwaqt li l-ieħor għandu 45 sena. Tnejn minnhom huma Maltin u ieħor hu Ingliż. Huma ġew arrestati minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

L-irġiel instabu fil-pussess ta’ madwar 700 gramma raża tal-kannabis, 250 gramma pjanta tal-kannabis xi oġġetti relatati mad-droga. Dan ifisser li aktarx, id-droga li nstabet kienet se tiġi traffikata.

Bis-sejba ġie mgħarraf il-Maġistrat Aaron Bugeja li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

It-tlett irġiel tressqu l-Qorti akkużati b’pussess aggravat. Dan filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.