Il-Pulizija involuti għadhom ma ngħataw l-ebda ħlas

Membri fil-Korp tal-Pulizija lbieraħ tkellmu ma’ In-Nazzjon u qalulna li jekk lis-suldati ngħatalhom allowance ta’ €100 għall-involviment tagħhom waqt il-Valletta Summit u l-laqgħa tal-Kapijiet  ta’ Stati Membri tal-Commonwealth (CHOGM), lilhom s’issa ma ngħatalhom ebda ħlas.

Dawn il-membri qalulna li kienu imwegħda li se jingħataw xi forma ta’ ħlas għall-impenji tagħhom waqt il-Valletta Summit li sar fil-bidu ta’ Novembru li għadda, kif ukoll tal-Kapijiet Stati Membri tal-Commonwealth li sar ftit wara. Madanakollu sa issa ma ngħataw l-ebda forma ta’ kumpens.