Jidħol fis-seħħ ir-roħs imħabbar fil-Baġit… u ż-żieda fis-sisa fuq il-fuels

Minn nhar is-Sibt jidħol fis-seħħ ir-roħs fil-prezz tal-petrol u d-diesel. Fi stqarrija l-Enemed ħabbret tnaqqas ta’ 3 ċenteżmi għal kull litru petrol minn €1.35 kull litru għal €1.32 kull litru u tnaqqis ta’ 4 ċenteżmi għal kull litru diesel minn €1.26 għal €1.22.

Dan it-tnaqqis kien tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fid-diskors tal-Baġit fit-12 ta’ Ottubru li għadda u se jidħol fis-seħħ is-Sibt minkejja li l-prezzijiet tal-fuels ilhom jinżlu għal diversi xhur f’pajjiżi oħrajn. Dan it-tnaqqis suppost kellu jkun ikbar għaliex mis-Sibt li ġej ukoll, se tidħol fis-seħħ żieda fis-sisa fuq il-fuels ta’ 3 ċenteżmi fuq kull litru.

Minkejja dan it-tnaqqis, il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Malta jibqa’ fost l-ogħla fl-Ewropa, b’mod partikolari il-prezz tad-diesel, li jibqa’ ir-raba’ l-ogħla fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.