Raġel ta’ 32 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident b’mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ dalgħodu fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara.
Hu kien qed isuq mutur tat-tip Kymco Agility, meta għal xi raġuni kellu impatt ma’ karozza tat-tip Opel Corsa li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena.
Netnews jinsab infurmat li r-raġel li kien qed isuq il-mutur ġarrab xi ksur.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Kellhom jissejjħu wkoll Pulizija tat-Traffiku biex jikkontrollaw it-traffiku li nġema’ kawża tal-inċident.
//= $special ?>

