Minn Oppożizzjoni kredibbli u effettiva għal Gvern alternattiv bi proposti differenti u serji
Hekk kif illum qed tintemm is-sena 2015, In-Nazzjon qed tagħti ħarsa lejn il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u tal-Kap tiegħu Simon Busuttil din is-sena. Dan qed tagħmlu f’Servizz Speċjali fuq erba’ faċċati fil-ħarġa tal-lum.
Dan is-Servizz Speċjali juri kif il-Partit Nazzjonalista din is-sena ressaq proposti milqugħin tajjeb f’diversi oqsma biex jagħti l-alternattivi tiegħu minn kmieni. Dan waqt li kien Oppożizzjoni effettiva li żammet lill-Gvern responsabbli għal għemilu, kif inhu d-dmir ta’ kull Oppożizzjoni. Juri wkoll kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed jagħti prijorità lil oqsma ġodda, fosthom politika onesta u nadifa, l-ambjent, il-prevenzjoni fis-saħħa, stili ta’ ħajja b’saħħithom, edukazzjoni ta’ kwalità u xogħol li jkun kapaċi jħallas pagi tajbin lill-ħaddiema Maltin.
Is-Servizz Speċjali jidħol fid-dettall tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’April u li fihom il-Partit Nazzjonalista qata’ d-distakk bin-nofs f’sentejn, żied 14,000 vot f’nofs il-pajjiż u qed jamministra 49% tal-popolazzjoni li vvutat f’dawn l-elezzjonijiet.
//= $special ?>

