Internazzjonali

Titjira mqallba

Ajruplan tal-Air Canada kellu jagħmel inżul tal-emerġenża wara li nqabad f’taqlib kbir tal-arja. It-taqlib tal-arja tant kien qawwi li 21 persuna ndarbu fosthom tliet itfal.
L-ajruplan kien fuq titjira minn Shanghai lejn Toronto u għamel l-inżul f’Calgary fil-Kanada.
Kien hemm 13-il passiġġieri li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba l-feriti li kellhom.
L-ajruplan Boeing 777 kien qed iġorr 332 passiġġier u 19-il membru tal-ekwipaġġ. L-inżul f’Calgary seħħ mingħajr intoppi.
Passiġġieri qalu li għall-ewwel iċ-ċaqliq fl-ajruplan kien wieħed normali imma f’daqqa waħda dan sar vjolenti ħafna tant li qiesu intilef il-kontroll tal-ajruplan.