Erba’ rġiel armati attakkaw bażi tal-ajru tal-Indja li tinsab qrib il-fruntiera mal-Pakistan, bis-suldati fl-inħawi jirreaġġixxu minnufih fejn qatlu lill-aggressuri kollha wara battalja twila li damet sigħat.
Inqatlu wkoll żewġ suldati waqt il-ġlied. Il-ġlied inqala’ ftit jiem biss wara li l-Prim Ministru tal-Indja Narendra Modi u l-Prim Ministru tal-Pakistan Nawaz Sharif iltaqgħu f’Lahore biex iniedu inizjattiva għall-paċi.
Il-bażi li spiċċat attakkata tinsab fit-triq prinċipali li twassal għaz-zona ta’ Kashmir amministrata mill-Indja, waqt li fl-aħħar sigħat l-Istat Indjan ta’ Punjab tqiegħed fuq stat ta’ allert.
//= $special ?>