€ 1,040,855; s-somma miġbura b’risq id-dar tal-Providenza.
Esperjenza oħra ta’ solidarjetà mill-poplu Malti mad-Dar tal-Providenza hekk kif il-poplu żamm l-appuntament annwali u kkontribwixxa biex ikompli jgħin lill-persuni b’dizabbiltà li jgħixu f’din il-dar u li jiddependu minnha għall-għajxien tagħhom.
Minbarra l-kuxjenza espressa mill-poplu, kienu anki l-ogħla mexxejja tal-pajjiz li żaru id-Dar tal-Providenza biex wasslu s-solidarjetà tagħhom….il-President Marie Lousie Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Arċisqof Charles Scicluna.
Fd-diskorsi tagħhom il-mexxejja tal-pajjiż enfażizzzaw l-importanza tas-solidarjetà tul is-sena kollha u tal-intgerazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà.
Il-kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-ħidma tal-voluntiera tad-Dar tal-Providenza hi ħidma imprezzabbli. Id-Dar tal-Providenza hi parti essenzjali mis-soċjetà Maltija, sostna Simon Busuttil li kompla li hu dmir tas-soċjetà li tgħin lil din id-Dar. Hu appella kwoll biex il-persuni vulnerabbli jkomplu jsibu l-appoġġ meħtieġ fis-soċjetà.
Fr.Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza irringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-appoġġ li l-Partit Nazzjonalista jagħti lil din id-dar u għall-appoġġ personali Simon Busuttil jagħti lill-persuni b’diżabbiltà bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet atd-Dar tal-Providenza.
Tul il-ġurnata l-poplu kkontribwixxa eluf ta’ ewro biex isostni lid-dar tal-proivdenza fil-ħidma kontinwa tagħha mal-persuni b’diżabbiltà.
//= $special ?>