Fi stqarrija l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali avża lill-pubbliku li l-kontrolli temporanji tal-fruntiera fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u fit-Terminal tal-Passiġġieri fil-Belt Valletta għal tluq u wasliet minn Stati fiż-żona Schengen li kienu ddaħħlu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2015, kif previst issa waqfu. Is-sistema rritornat lura għan-normal, imħaddma hekk kif mitluba mir-regoli tas-Schengen.
Fl-aħħar jiem il-komunità internazzjonali żammet allert minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena f’diversi ibliet madwar l-Ewropa. Malta qatt ma kellha theddid fuqha, u huwa b’hekk li llum il-Gvern huwa f’pożizzjoni li jħabbar li r-regoli tax-Schengen issa reġgħu jinsabu fis-seħħ.
//= $special ?>