Lokali

L-Oppożizzjoni tistenna li tingħata rimedju għall-propoganda ta’ Muscat fuq l-istazzjon nazzjonali

Il-Partit Nazzjonalista bagħat protest u talab rimedju għal każ ieħor ta’ żbilanc fuq l-istazzjon tal-istat.

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista iffirmata mill-Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadin Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista talab għal rimedju immedjat għax-xandira tal-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat kemm lejliet l-Ewwel tas-Sena kif ukoll f’jum l-Ewwel tas-Sena.

L-istqarrija tkompli li l-messaġġ tal-Prim Ministru kien wieħed mibni fuq propaganda partiġġjana dwar temi ta’ kontroversja politika, bħal, fost oħrajn, il-Power Station li kellha tkun mibnija sa 9 xhur ilu u l’hekk imsejħa Universita’ Amerikana li la hi Universita’ u lanqas hi Amerikana.

L-inqas ħaġa li messu għamel il-Prim Ministru f’diskors bħal dan indirizzat lin-nazzjon, hu li ma jidħolx f’temi ta’ kontroversja politika u li huma elementi ta’ politika partiġġjana.

L-istqarrija ttemm li hu għalhekk, li l-Partit Nazzjonalista jistenna li jingħata rimedju immedjat