Il-President Amerikan Barack Obama qal li jrid jieħu azzjoni unilaterali fil-konfront tal-vjolenza bl-armi tan-nar fl-Istati Uniti li hi waħda mill-akbar problemi għas-soċjetà ta’ dan il-pajjiż.
Fl-ewwel diskors pubbliku tiegħu għall-2016, Obama qal li se jiltaqa’ mal-Avukat Ġenerali Loretta Lynch biex jiddiskuti magħha t-triq għal azzjoni potenzjali. Obama sostna li e jipprova juża l-poteri eżekuttivi bħala President għaliex il-Kungress Amerikan naqas milli jindirizza l-pjaga tal-vjolenza bl-armi tan-nar.
Filwaqt li mistennija reazzjoni u reżistenza qawwija mir-Repubblikani fl-Oppożizzjoni u l-attivisti favur id-dritt tal-Amerikani li jġorru l-armi, il-President Obama qal li rċieva wisq ittri mingħand ġenituri, għalliema u tfal biex ma jagħmel xejn f’din il-kwistjoni.
Hu spjega li filwaqt li ma jistax iwaqqaf kull att vjolenti fil-pajjiż, hemm il-ħtieġa għal impenn determinat u kollettiv li jista’, almenu, jnaqqas mill-vjolenza.
//= $special ?>