Żewġ Sqallin, missier u iben, ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettew li aggredew u kkaġunaw feriti fuq ragel minn Haz Zabbar.
Il-każ imur lura għal Awwissu tal-2014 meta fi Triq il-Kbira, il-Mosta, iz-zewg Sqallin, ħebbew u darbu raġel Malti.
Huma ġew arrestati f’Ottubru tas-sena l-ohra f’Gela fi Sqallija, b’mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtorijeitajiet Maltin.
Iż-żewġ Sqallin, Nunzio Fausciana ta’ 49 sena u ibnu Salvatore ta’ 20 sena ġew estraditi lejn Malta iktar kmieni din il-ġimgħa.
Huma tressqu l-Qorti t-Tlieta quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
//= $special ?>