Albaniż li prova jivvjaġġa b’dokumenti foloz, ingħata sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin. Hu ammetta li kien se jivvjaġġa b’dokument foloz minn Malta. Dan apparti deċizjoni mill-Qorti li jiġi deportat lura lejn l-Albanija.
Id-deċizjoni ingħatat mill-Magistrat Anthony Micallef Trigona.
Denis Haska ta’ 24 sena wasal Malta bil-passaport tiegħu stess f’Jum l-Ewwel tas-Sena izda kien se jivvjaġġa minn Malta lejn ir-Renju Unit b’dokument Grieg imbgħabas nhar is-Sibt 2 ta’ Jannar.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti ddeċidiet li r-rġgel jiġi deportat lejn l-Albanija, b’ordni wkoll li ma jivjaggax mill-Albanija lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għat-tlett snin sa’ ħames snin li ġejjin.
Fis-sentenza tiegħu, il-Magistrat Anthony Micallef Trigona fakkar lir-raġel, li azzjoni bħal tiegħu kienet soġġetta għal sentenza ta’ ħabs effettiva.
L-Ispettur Frankie Zammit kien il-prosekutur f’dan il-każ.
//= $special ?>

