Lokali Newsdesk

Newsdesk jirritorna għada fuq Radio 101

Wara l-waqfa għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, għada fis-6.30pm jirritorna Newsdesk fuq Radio 101 immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia.

L-ewwel mistiedna għas-sena 2016 hija d-deputat tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli.

Waqt Newsdesk se jiġu diskussi diversi temi relatati mal-prezz tal-fuel f’pajjiżna. Dan għaliex il-prezzijiet tal-fuel f’pajjiżna baqgħu mal-ogħla fl-Ewropa.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.