Illejla, hekk kif fuq Net Television tixxandar edizzjoni oħra ta’ Replay, mistennija jkunu żvelati iktar trasferimenti mis-suq lokali li mistennija jseħħu fis-sigħat li ġejjin.
Fuq il-paġna ta’ Facebook Replay (Net Television) fl-aħħar jiem kien żvelat it-trasferiment ta’ Rowen Muscat, li se jħalli pajjiżna lejn l-Italja għal esperjenza ma’ Ascoli fis-Serie B.
Illum l-istess paġna ppublikat ukoll l-aħbar li Birkirkara u Balzan huma qrib ftehim imminenti li se jara bdil tal-captains; Paul Fenech mistenni jingħaqad ma’ Balzan waqt li Edison Zarate jissieħeb ma’ Birkirkara flimkien ma’ somma flus.
Iżda dan mhux l-uniku trasferiment li jikkonċerna lil Birkirkara, b’Replay illejla jkompli jiżvela l-aħħar diskussjonijiet bejn numru ta’ klabbs għat-trasferimenti ta’ plejers, mhux biss b’rabta ma’ Birkirkara.
Replay illejla jixxandar fid-21.40 fuq Net Television.
//= $special ?>

