Internazzjonali

Tinqatel ġurnata wara li laħqet Sindku

Gisela Mota nqatlet minn tiri ta’ arma tan-nar ġurnata wara li ħadet il-ġurament bħala s-Sindku ġdid ta’ Temixco.
Iż-żewġ persuni li fetħu n-nar hekk kif ħarġet mid-dar tagħha nqatlu ftit wara u tlieta oħra ndarbu mill-forzi tas-sigurtà Messikani.
Is-suspetti ewlenin huma li Mota spiċċat fil-mira mit-traffikanti tad-droga li bħalissa jiddominaw il-ħajja fil-Messiku u jinsabu fi stat ta’ gwerra kontra l-Gvern u spiss fil-mira spiċċaw politiċi li jkunu adottaw linja iebsa kontrihom. Is-sena li għaddiet diversi Sindki nqatlu mit-traffikanti tad-droga fil-Messiku.
Mota kienet membru tal-Kungress federali taċ-ċentru xellug u kienet wiegħdet li tnaddaf lil Temixco, belt ta’ 100,000 persuna, mill-kriminalità organizzata.