Żagħżugħ ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:20.
L-inċident seħħ qrib Bieb il-Bombi.
Iż-żagħżugħ hu ta’nazzjonalita’ Bulgara, residenti Marsascala. Il-karozza tat-tip Chevrolet Trax kienet misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>