Ġellieda tal-ISIS, jew kif inhuma magħrufa wkoll ISIL, attakkaw il-port ta’ Sidra fil-Lvant ta’ Sirte fejn il-grupp militanti Iżlamiku stabilixxa bażi soda.
Sidra hu port importanti għall-esportazzjoni taż-żejt Libjan. Skont sorsi fil-Libja, il-militanti Iżlamiċi kien irnexxielhom jieħdu l-kontroll ta’ Bin Jawad li tinsab 30 kilometru fil-Punent ta’ Sidra tul it-triq lejn Sirte.
F’Diċembru, Franza kienet qalet li l-ISIS fil-Libja kienet qed tippjana li tieħu l-kontroll tal-bjar taż-żejt, u l-kontroll ta’ Sidra hu pass importanti f’din id-direzzjoni. F’Ottubru l-grupp kien għamel sforz simili, imma ma rnexxielux jieħu l-kontroll tal-port.
Attakk ieħor tal-ISIS kontra l-port ta’ Sidra fil-Libja
