Lokali

Filmat: Tenishia – l-artisti ewlenin quddiem 20,000 persuna fil-Vjetnam

Tenishia, id-duo ta’ DJs iffurmat minn Joven Grech u Cyprian Cassar, kienu wieħed mill-atti ewlenin f’avveniment waqt il-kunċert Welcome 2015 quddiem folla ta’ 20,000 persuna fil-kapitali tal-Vjetnam.

Tenishia kienu fost numru ta’ DJs u artisti mill-Vietnam kif ukoll oħrajn internazzjonali.

Il-performance ta’ Tenishia fil-Vjetnam hi messaġġ ta’ fiduċja għalihom wara li s-sena li għaddiet huma taw spettaklu li ntlaqa b’entużjażmu minn folla ta’ 300,000 persuna fit-tieni l-iktar belt tal-istess pajjiż, Hanoi, lejliet l-ewwel tas-sena.