Lokali

Konklużi t-trasferimenti ta’ Paul Fenech, da Silva Souza u Zarate

Konklużi t-trasferimenti ta’ Paul Fenech u Alan da Silva Souza, eks Birkirkara F.C. u Valletta FC rispettivament u li issa jingħaqdu ma’ Balzan F.C. Fl-istess waqt, il-midfielder Edison Bilbao Zarate ffirma kuntratt ta’ tliet snin u nofs ma’ Birkirkara, bi bdil mal-istess Paul Fenech

Din l-aħbar kienet żvelata minn Replay, il-programm sportiv ta’ Net television nhar ta’ Ħadd filgħaxija, hekk kif fuq il-paġna ta’ Facebook tħabbar li l-midfielder ta’ 29 sena Paul Fenech iffirma kuntratt ta’ tliet snin u nofs filwaqt li l-Brażiljan da Silva Souza ffirma kuntratt ta’ sena u nofs.

Intant Balzan F.C. mhux mistennija jieqfu mat-trasferimenti ta’ Paul Fenech u Alan da Silva Sousa hekk kif Replay hu nfurmat li qed ifittxu wkoll li jakkwistaw gowlkiper barrani kif ukoll alternattivi oħra, fost l-oħrajn difensur ċentrali barrani.

Iktar fuq Replay (Net Television).