Internazzjonali

Kontrolli mill-Iżvezja mal-fruntiera Daniża

epa05087640 Danish police on patrol on highway E45 close to Padborg, Denmark, near the border with Germany, 04 January 2016. Denmark introduced temporary controls along its border with Germany, Danish Prime Minister Lars Lokke Rasmussen said, hours after Sweden introduced ID controls for travellers from Denmark. Since early September, 91,000 people have passed through Denmark from Germany, of whom 13,000 applied for asylum in Denmark. EPA/CLAUS FISKER DENMARK OUT

Il-Gvern Żvediż introduċa mill-ġdid kontrolli tad-dokumenti ta’ kull min ikun se jidħol fil-pajjiż mid-Danimarka. Dan fi sforz li jrazzan in-numru ta’ immigranti li qed jidħlu fil-pajjiż
Tul l-2015 kienu madwar 160,000 persuna li talbu kenn fl-Iżvezja. Din hi l-ewwel darba mis-snin Ħamsin li l-Iżvezja qed tagħmel kontrolli tul il-fruntiera mad-Danimarka.
Dawk kollha li jridu jaqsmu l-Pont ta’ Oresund, li jgħaqqad l-Iżvezja mad-Danimarka, se jkollhom bżonn dokumenti meħtieġa biex ikunu jistgħu jidħlu fil-pajjiż. Jekk le mhux se jitħallew. Dawk li jkunu qed jidħlu bil-ferrovija, se jkollhom jbiddlu l-ferrovija fl-Ajruport ta’ Kopenhagen fid-Danimarka u wkoll jippreżentaw karti ta’ identifikazzjoni.
Fid-diskors tiegħu tal-Ewwel tas-Sena, il-Prim Ministru Daniż Lars Løkke Rasmussen qal li l-pajjiż kien lest jimponi kontrolli simili tul il-fruntiera mal-Ġermanja jekk il-kontrolli li introduċiet l-Iżvezja jwasslu biex ammont kbir ta’ immigranti jispiċċaw imblukkati fid-Danimarka.