Paġna li ilha teżisti għall-aħħar sena iżda riċentament żiedet fil-posts li jittellgħu qed tqajjem rabja wara li bdew jixxandru konverżazzjonijiet privati ta’ persuni taħt l-eta’ fejn fost l-oħrajn jitkellmu fuq il-ħajja sesswali tagħhom.
Ħarsa lejn il-paġna turi kif fil-maġġoranza tal-kummenti wieħed isib biss tgħajjir lejn il-persuni attakkati minn din il-paġna u kliem ħażin u oxxen. Posts li jinsabu f’din il-paġna saħansitra jistgħu jitqiesu bħala illegali.
Jidher li dwar din il-paġna diġa’ saru rapporti filwaqt li qed issir talba minn ħafna biex din tiġi rrapurtata anke’ lil Facebook bl-iskop li titneħħa.
Ftit wara li ħarġet din l-istorja, l-amministraturi tal-paġna kkritikaw lis-segwaċi tagħhom għax skont huma mhux kapaċi jieħdu l-affarijiet biċ-ċajt u minflok qed jaqilgħu hassle.
“Ħasra kbira għal min għoġbitu din il-paġna u daħaq daħka ‘l hemm u ‘l hawn għax issa probabli biex neħilsu mill-hassle ħa jkollna nneħħu kollox,” jingħad f’messaġġ fuq il-paġna.
//= $special ?>

