Il-Pulizija ikkonfermaw li l-anzjana li weġġgħet gravi wara waqa’ f’dar fis-Swieqi mietet l-Isptar Mater Dei. Hi ġiet konfermata mejta għall-ħabta tal-11:15pm.
AKTAR KMIENI
Anzjana ta’ 68 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet f’residenza privata fis-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq il-Pedidalwett fis-Swieqi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li waqt li l-anzjana kienet qiegħda tnaddaf, għal xi raġuni waqgħet it-taraġ.
L-anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġiet ċertifikata li qiegħed ssofri minn ġrieħi gravi u tinsab fil-periklu tal-mewt.
L-anzjana ta’ 68 sena hi residenti Ħal Qormi.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Vella li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>