Kienu bosta l-kummenti tan-nies li baqgħu taħt xokk wara l-inċident li seħħ it-Tlieta filghodu. L-incident li fih Johanna Boni, tfajla ta’ 27 sena tilfet ħajjitha.
Dan l-istazzjon ħa l-kumment ta’ wieħed mill-ħbieb ta’ din it-tfajla, Ivan Cascione li sar jaf bl-incident minn fuq facebook. Ivan tkellem magħna dwar il-ħbiberija tiegħu ma’ Johanna u kemm hu u sħabu, flimkien mal-qraba ta’ Johanna huma taħt xokk minħabba dak li ġara.
Ivan Cascione ghamel appell għas-sewwieqa tal-muturi b’mod ġenerali, fejn saħaq kull min issuq mutur għandu joqgħod b’sebgħa għajnejn filwaqt appella ghall-prudenza minn naħa tas-sewwieqa ta’ vetturi oħra.
Intant l-għarus ta’ Johanna Boni, Daryl Cauchi ftit wara l-inċident f’post fuq Facebook qal: “Għożżu lill-maħbubin tagħkom daqs li kieku hu l-aħħar mument flimkien.” (Ritratt: Daryl Cauchi)
Daryl ddeskrika lil Johana bħala l-isbaħ ħaġa li qatt ġrat f’ħajtu u qal li mhix se tintesa’ u li qatt ma tiġi mibdula minn ħaddieħor.
Segwi l-kummenti hawn fuq.
//= $special ?>