Lokali

Filmat: Appell wara li żagħżugħ seraq żarbun minn ħanut

Sidien ta’ ħanut li jinsab fi stabbiliment fil-Ħamrun qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku wara li żagħżugħ seraq żarbun ġdid mill-istess stabbiliment.

F’filmati minn kameras tas-sigurta’ li akkwista dan is-sit, iż-żagħżugħ jidher għal ħin twil idur mal-ħwejjeġ fl-istabbiliment bl-intenzjoni li jħalli lil ħaddiema tal-ħanut titbiegħed.

Madankollu meta din kompliet titwi xi ħwejjeġ qrib tiegħu, iż-żagħżugħ jidher jippuntalha lejn in-naħa l-oħra tal-ħanut fejn filfatt marret. Kien hawn li ż-żagħżugħ ħataf l-opportunita u fil-basket vojt li kien qed iġorr tefa’ kaxxa b’żarbun fiha.

Biex jevita li jinqabad, iż-żagħżugħ mar f’post apposta biex taparsi jipprova ż-żarbun iżda kien hawn li neħħa t-tags tas-sigurta’ u telaq mill-ħanut biż-żarbun b’kollox.