“Għożżu lill-maħbubin tagħkom daqs li kieku hu l-aħħar mument flimkien.” Hu dan il-messaġġ imqanqal ta’ Daryl Cauchi, l-għarus ta’ Johana Boni li sfortunatament tilfet ħajjitha wara impatt ma’ trakk fil-Mosta.
Fl-ewwel kummenti tiegħu fuq Facebook, Daryl indirizza lil Johana bħala l-isbaħ ħaġa li qatt ġrat f’ħajtu u qal li mhix se tintesa’ u li qatt ma tiġi mibdula minn ħaddieħor.
Hu fisser l-aħħar mumenti li kellhom flimkien bħala għodwa bħall-oħrajn qabel it-tfajla ħalliet ir-residenza tagħhom fil-Mosta għax-xogħol, f’uffiċċju ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni. abbord il-mutur li tant kienet tħobb.
“Sa ftit sigħat ilu kelli kollox, ma kont nixtieq xejn iżjed,” kompla Daryl Cauchi, “kont ċert li se nqatta’ ħajti ma’ persuna li kienet tifhimni, li kienet turini l-imħabba daqs ħadd ieħor.”
Fil-messaġġ tiegħu Darly fisser kif it-tnejn li huma kienu jaħdmu u jistinkaw ħafna boex iwettqu l-ħolma tagħhom, li jsiefru madwar id-dinja flimkien.
“Issa ma fadalli xejn ħlief memorji mill-isbaħ matul l-avventuri tal-ħajja. Qed naffaċċja emozzjoni terribbli li ma nistax infisser fi kliem,” temm jgħid Cauchi, li fisser dak li seħħ dalgħodu bħala disgrazzja lil persuna mill-aqwa.
//= $special ?>

