Lokali

Il-Qorti tiċħad talba biex twaqqaf ir-rilokazzjoni tal-Monti fi Triq il-Merkanti

Il-Qorti caħdet talba mill-Assoċjazzjoni tas-Sidine tal-Ħwienet ta’ Triq il-Merkanti fil-belt biex twaqqaf ir-rilokazzjoni tal-monti għal Triq il-Merkanti. L-Assoċjazzjoni talbet lill-qorti biex twaqqaf lill-Ministru tal-Ekonomija milli jimplimenta l-pjan għar-rilokazjzoni tal-monti.

F’Diċembru li għadda l-qorti laqghet it-talba tal-Assocjazzjoni u poggiet il-każ għas-smiegh tax-xhieda fejn il-President tal-Assoċjazzjoni Anhtony Camilleri qal li hu kien tkellem mal-Kap taċ-Ċivil fejn qallu li din id-deċiżjoni kienet se ġġib l-oppożizzjoni tas-sidine tal-ħwienet ta’ Triq il-Merkanti.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Charles Camilleri qal li laqgħa li kellha ssir mal-Ministru Chris Cardona iżda din qatt ama saret. Camilleri xehed li uffiċjal tal-Ministeru qallu li l-monti kien se jkun rilokat fi Triq il-merkanti għalkemm il-Prim Ministru kien qallu li dan qtat ma kien se jseħħ.

Il-Maġistrat Jospeh Zammit Mckeon iddeċieda li l-uffiċjal tal-Ministeru tal-Ekonomija Alexander Farrugia kien xehed taħt ġurament li d-diskussjonijiet dwar ri-lokazzjoni tal-monti ghal Triq il-Merkanti kienu għadhom għaddejjin u li ma hemm ebda deċiżjoni meħuda. Din hi decizjoni li ghanhda itntrefa wkoll millministru, sostniet il-Qorti.