L-uffiċċju tal-Prim Ministru sieket quddiem mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar kemm sewa flus il-video kontroversjali tal-messaġġ tal-ewwel tas-sena mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Kien il-ġurnal The Malta Independent li bagħat numru ta’ mistoqsijiet lill-uffiċċju tal-Prim Ministru fejn staqsa kemm sewa dan il-video, li ġab reazzjoni qawwija fl-opinjoni pubblika fuq diversi aspetti.
Fost il-kritika ewlenija li saret għal dan il-video kien hemm il-mod kif dan il-video kien ‘l bogħod mill-mod kif normlament isiru l-messaġġi tal-prim ministri.
Fil-video l-prim ministru jidher jiltaqa go kċina tal-aqwa kwalita u jkun milqugħa minn koppja żagħżugħa li jipprovaw jagħtu l-impressjoni li huma koppja normali ta’ ħaddiema.
Dan meta irriżulta li din il-koppja hi parti minn familja ta’ negozjanti ewlenin tal-għamara Consturct Furniture.
Fil-video l-Prim Ministru jitkellem ukoll dwar l-ekonomija u l-programm tal-Gvern. Il-Prim Ministru kkritika kwoll lil dawk li skont hu qed jagpmlu l-ħsara lill-pajjiż.
Il-kumpanija Constract Furniture ingħatat kuntratt għall-modernizzar ta’ Dar Malta fi Brussell u hi parti wkoll mill-konsorzju li se jwattaq il-progett tat-triq il-ġdida tal-Kappara. Proġett ta’ 22 miljun ewro.
Mal-koppja Agius l-Prim Ministru jitkellem dwar il-benefiċċji ta’ dawk li jixtru l-ewwel dar tagħhom, donnhom il-koppja Agius huma koppja li jsibuha diffiċli jixtrxu l-kċina taghhom.Marlene Farrugia sostniet li dan hu video li għandu l-iskop li jaljena lin-nies
Minbarra l-kritika qawwija fl-opinjoni pubblika, dan il-video ġab ukoll kritika mill-ex deputat laburista Marlene Farruġia li sostneit li kien ikun aħjar kieku l-flus li ntefqu għal dan il-video jintefqu biex jiġu mgħejjuna familji fil-bżonn. Marlene Farrugia sejħet il-flus minfuqa f’dan il-video tal-Prim Ministru.
//= $special ?>