Fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li deher fuq il-media soċjali nhar l-4 ta’ Jannar 2016, l- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) toħroġ stqarrija biex twieġeb għall-kummenti tal-membri tal-Police Officers Union (POU) fejn infexxew f’attakki kontra l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta fejn din l-istess assoċjazzjoni qalgħet li fl-2009 kienu għaddejin diskussjonijiet rigward l-arretrati tas-sahra dovuta lill-membri tal-korp tal-Pulizija.
Fl-istess stqarrija huma qalu li kien sar protest ġudizzjarju li kien ġie ffirmat minn aktar minn 1500 membru tal-Korp. L-MPA qalu li fuq kampjun tas-siegħet li l-ħaddiema wettqu u li kien meħud mill-ammonti li ġew ddikjarati mill-istess membri fi ħdan il-korp tleħħaq is-somma dovuta ta’ madwar €56,000,000. Huma qalu li l-ispejjeż sabiex tinġieb kawża quddiem il-Qrati kienu jammontaw għal madwar €180,000 – fejn fl-istess stqarrija l-MPA tgħid li ma kelliex.
L-Assoċjazzjoni qalet li l-akbar ostaklu għal dan kien propju l-fatt illi l-preskrizzjoni sabiex dan id-dritt seta’ jiġi infurzat fil-qrati huwa wieħed ta’ sentejn, u allura kwalunkwe sforz f’rimedju legali ma kien se jwassal imkien. Barra minn hekk, id-data sa meta il-każ jista’ jiġi ppreżentat kien skada.
Il-Union tal-Pulizija qalu wkoll l’himm l-aktar punti huma riedu li jiġu ttrattati li jmorru lura għall-2012, fejn kienu qalu li d-dritt għall-membri tagħha biex jingħaqdu mal-union, b’taxxa ta’ 15 fil-mija fuq xogħol żejjed u l-ħlas ta’ arretrati tas-sahra.
L-assoċjazzjoni tal-Pulizija qalet li t-talbiet tagħhom suppost għandhom jiġu milqugħha filwaqt li l-assoċjazzjoni qalet li ma setgħatx tifhem kif dawk li kienu qed jikkritikaw ma kienux jafu dawn il-fatti li semmew huma fl-istqarrija.
L-MPA għalqet billi qalet li hija kontinwament attiva biex tagħmel l-aħjar akkwisti possibbli ta’ kundizzjonijiet għall-membri tagħha, kif ukoll sabiex is-servizz għaċ-ċittadin ikompli jitjieb fil-kwalita’ u b’hekk isem il-Korp ikompli jogħla.
L-Assoċjazzjoni tal-Pulizja qalet li hija qed tfittex li taħdem id f’id ma’ dawk konċernati u għalhekk hija qalet li tilqa’ b’mod pożittiv dak li qal ilbieraħ l-Onorevoli Ministru Carmelo Abela rigward il-ħlas tas-sahra b’lura dovuti lill-membri tal-Korp.
//= $special ?>

