Għawdex

Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur ferut wara ħabta kerha f’Għawdex

It-triq ewlenija li minn Għajnsielem twassal lejn ix-Xewkija tinsab magħluqa wara ħabta kerha bejn vann ta’ lewn abjad u mutur. Jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur weġġa’ gravi, u kienet meħtieġa l-assistenza urġenti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:30am fit-triq ta’ ħdejn il-heliport.

Il-Pulizija ikkonfermawlna li kemm il-mutur kif ukoll il-vann kienu qed isuqu lejn il-port tal-Imġarr. Minn stħarriġ jirriżulta li l-mutur kien tat-tip Guanjun GJ110 filwaqt li l-vann kien Toyota Hiace.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 55 sena mir-Rabat, li ma sofra l-ebda ġrieħi.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.