Lokali

Sewwieq taż-żiemel jaħrab minn fuq il-post wara impatt mal-karozza

Dalgħodu seħħ inċident ieħor, din id-darba fil-Marsa fejn kienu involuti karozza u żiemel. Jirriżulta li għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu l-karozza u ż-żiemel misjuq minn raġel kellhom impatt. Bis-sewwieq taż-żiemel jaħrab minn fuq il-post.

Jirriżulta li l-inċident seħħ viċin il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Il-karozza li kienet misjuqa minn mara ta’ 31 sena minn Marsaxlokk ġarrbet xi ħsarat.

Mill-ewwel fuq il-post waslet ambulanza sabiex tassisti lill-mara li fortunatament ma’ ġarbitx ġrieħi.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxiijiet sabiex jinstab iż-żiemel u eventwalment jinstab min kien qed isuqu.