Żewġ anzjani, mara u raġel ta’ 68 sena u 69 sena rispettivament ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ttajru minn karozza f’Ħal Qormi
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:10, fi Triq l-Iljun f’Ħal Qormi.
Il-vettura kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn il-korsa taż-żwiemel minn raġel tal 62 sena residenti il-Marsa.
Il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni medika tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>