8 iweġġgħu fil-festival annwali tat-tiġrijiet tal-barri fil-Peru.
Dan ġara wara li l-barri ħarab mill-post fejn kien miżmum u ġera għal fuq in-nies. Tul il-filmat jidhru xi nies jitfgħu affarjiet lejn il-barri u anke jipprovokawh, azzjonijiet li żgur kienu raġunijiet ewlenin biex l-annimal sfratta kif sfratta. Il-barri jidher b’ħabel ma’ wieħed mill-qrun tul il-filmat sħiħ.
Il-filmat qiegħed fuq il-profil ta’ facebook ta’ Edison Pineda Retamozo, wieħed mill-persuni li kienu preżenti għal dan il-festival.
Segwi l-filmat hawn taħt
//= $special ?>