Il-Pulizija fl-Italja arrestat 16-il persuna b’rabta mal-klann tal-mafja Jonica f’operazzjoni bl-isem ta’ ‘Kiterion II’ li fost l-oħrajn wasslet biex sar magħruf li saru attentati biex il-mafja toqrob lejn istituzzjonijiet tal-Knisja.
Fost l-oħrajn instab li l-mafja kienet qed tfittex relazzjonijiet mal-ordni tal-Kavallieri ta’ Malta u l-mażunerija biex b’hekk tkun qrib persuni sinjuri u ta’ poter li fil-futur setgħu jgħinu lill-mafja.
Fost il-persuni arrestati hemm ukoll il-kap tal-grupp tal-mafja Grande Arcari, il-boss Nicolino Grande Arcari, li fost l-oħrajn fil-passat kien assoċjat ma’ illegalitajiet f’pajjiżna, ħuħ Antonio imma wkoll avukat.
Riċentament, meta saret l-investigazzjoni ‘Kiterion’, ġie skopert ukoll li l-istess boss tal-mafja kien ħa l-investitura ta’ Kavallier mal-istess Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta u saħansitratra ssekwestrawlu xabla bis-salib ta’ Malta fuqha.
//= $special ?>