Lokali

Għada: In-Nazzjon bi storja fuq boss tal-mafja li kien jiftaħar bil-ħbiberiji tiegħu f’Malta

Il-ħarġa ta’ għada ta’ In-Nazzjon se tinkludi rapport dwar boss ta’ klann tal-mafja li f’telefonati nterċettati mill-Pulizija fl-Italja kien jiftaħar dwar kemm għandu ħbiberiji f’Malta.

Fost dak li ħareġ mill-investigazzjonijiet, l-istess kap tal-mafja jagħti x’wieħed jfihem li permezz ta’ dawn il-ħbiberiji jista’ jmexxi l-ħidma tal-mafja u jifrex ukoll lejn postijiet oħra.

Meta l-Pulizija marru fir-residenza tiegħu, huma ssekwestraw numru ta’ oġġetti li fost l-oħrajn jinkludu wkoll simboli tas-salib ta’ Malta. iktar dwar dan għada f’In-Nazzjon.