Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq terġa’ twettaq splużjoni nukleari

epaselect epa05089309 South Korean people watch TV news at Seoul station, in Seoul, South Korea, 06 January 2016. North Korea announced the same day that it successfully conducted a hydrogen bomb test at 10:00 a.m. (Pyongyang Time). The announcement came hours after what seems to be an artificial earthquake was detected close to the North's nuclear test site. EPA/JEON HEON-KYUN

Dak li kien maħsub kien terremot fir-reġjun ta’ Punggye-ri fil-Korea ta’ Fuq irriżulta li kienet splużjoni nukleari li twetqet taħt l-art mir-reġim ta’ Pyongyang.
L-isplużjoni taħt l-art kienet konfermata mir-reġim tal-Korea ta’ Fuq li qal kienet bomba tal-idroġenu li reġistrat 5.1 fuq l-Iskala Richter. Din hi r-raba’ darba mill-2006 li l-Korea ta’ Fuq wettqet splużjoni nukleari. Bomba tal-idroġenu hi aktar qawwija minn bomba atomika.
Kien hemm kundanna u anki tħassib fost il-kommunita internazzjonali wara li l-Korea ta’ Fuq konfermat li kienet wettqet splużjoni bi prova ta’ bomba tal-idroġenu – bomba li hi ferm aktar qawwija minn bomba atomika.
Xi esperti huma xettiċi li dik li twettqet kienet splużjoni ta’ bomba tal-idroġenu li hi ferm aktar qawwija minn bomba nukleari u bħala bomba tiżen ferm anqas. Bekk aktar faċli li titpoġġa fuq missili.
Ix-xandir Korean qal li dan sar bi sens ta’ difiża kontra t-theddida tal-Istati Uniti għall-pajjiż.
L-isplużjoni saret ukoll hekk kif nhar il-Ġimgħa d-ditattur tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un jgħalaq 33 sena.
Aktar tard l-Erbgħaissejjħet laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti biex tiddiskuti dan l-aħħar żvilupp. Imma osservaturi qalu li ftit li xejn hemm x’jista’ jsir peress li kontra l-Korea ta’ Fuq diġa hemm lista twila ta’ sanzjonijiet u r-reġim f’Pyongyang xorta kompla bil-programm nukleari tiegħu.