Lokali

Il-propjeta’ tal-koppja li ntużat fil-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena nxtrat fl-2008

Il-koppja li l-Prim Ministru uża fil-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena, taparsi koppja li xtrat l-ewwel residenza tagħha riċentament, fil-verita’ ilhom li xtraw il-propjeta’ fi Triq Wilġa, f’Ħal-Luqa, sa mill-2008.

Dan igiddeb il-messaġġ tal-Prim Ministru li nqeda bil-koppja taparsi bbenefikaw minn eżenzjoni tat-taxxa li ddaħħlet biss riċentament, fl-2014. Dan joħroġ minn dokumenti nvestigati mit-Times of Malta, fosthom kopja tal-kuntratt uffiċjali.

Il-kuntratt, iffirmat quddiem in-nutar Malcolm Mangion, iben id-Deputat Laburista Charles Mangion, filfatt iddaħħal uffiċjalment quddiem ir-Reġistru Pubbliku fit-30 ta’ Lulju 2008.

B’hekk huma mxejna għal kollox l-argumenti li saru fil-filmat, jiġifieri li l-koppja xtrat ir-residenza riċentament kif ukoll li bbenefikaw mill-iskema tal-eżenzjoni mit-taxxa għall-first time buyers.

Mistoqsijiet ta’ the Times lill-uffiċċju tal-Prim Ministru baqgħu mhux imwieġba. Ħaddiema tal-kumpanija tal-għamara Construct Furniture, fejn jaħdem Fernando Agius, sid ir-residenza, u li tagħha hi l-għamara tal-kċina, l-ewwel qalu lil The Times li  dan qiegħed waqt laqgħa, imbagħad li ma jaħdimx hemm u iktar tard li jinsab imsiefer.