Il-grupp ta’ 17-il persuna li nhar is-27 ta’ Diċembru li għadda telqu minn Malta għall-Kilimanġaro, illum waslu fuq il-quċċata ta’ din il-muntanja
L-għan prinċipali ta’ din l-isfida kien biex tinbena skola fir-raħal ta’ Sorsa fl-Etjopja.
Segwi aktar l-istorja u l-filmat tat-tluq billi tagħfas hawnhekk.
Intant il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija feraħ lill-grupp ta’ żgħażagħ li laħqu l-quċċata tal-Kilimanjaro
Il-Partit Nazzjonalista feraħ lis-17-il persuna li ftit tas-siegħat ilu laħqu l-quċċata ta’ Kilimanjaro, filwaqt li feraħ liż-żgħażagħ għall-kuraġġ u d-determinazzjoni li urew mhux biss fl-aħħar jiem tal-isfida, iżda wkoll fix-xhur ta’ qabel ta’ ħafna taħriġ.
//= $special ?>


