Lokali

“Kienet persuna professjonali u dedikata” – kollegi ta’ Johanna Boni

Il-kollegi ta’ Johanna Boni, it-tfajla Sqallija ta’ 27 sena li sfortunatament tilfet ħajjitha lbieraħ filgħodu, jiddeskrivuha bħala persuna professjonali ħafna u dedikata fuq xogħolha.

Dan is-sit tkellem ma’ ħbieb ta’ Boni li kienu jaħdmu magħha riċentament fi stabbiliment tad-divertiment f’San Ġwann, qabel bdiet taħdem f’uffiċċju tal-assigurazzjoni.

L-inċident tal-bieraħ ħasad lil ħafna anke’ għaliex, minkejja li Johanna kien ilha ftit żmien tgħix f’pajjiżna, hi kienet maħbuba fost ħafna, mhux biss fil-komunita’ Taljana f’Malta imma wkoll fost iċ-ċiklisti.

Kienet maħbuba ħafna wkoll minn dawk li jħobbu l-annimali, hekk kif Johanna kellha mħabba speċjali għall-klieb u l-qtates u kienet ukoll membru ta’ gruppi Maltin dwar l-annimali fuq Facebook. Filfatt ftit biss wara l-wasla tagħha f’Malta hi kienet qed tfittex li żżomm kelb fir-residenza tagħha.