Caritas Malta Epilepsy Association flimkien mal-Clinical Pharmacology and Therapeutics tal-Universita ta’ Malta ħabru li se jtellgħu Konferenza Nazzjonali nhar is-Sibt 13 ta’ Frar rigward l-Epilesija. Din il-konferenza se ssir fil-lukanda Dolmen, Buġibba. Fi stqarrija rigward din il-Konferenza, Caritas Malta qalu li fil-gżejjer Maltin madwar 4000 persuna huma dijanjostikati bl-epilessija, kundizzjoni medika li teħtieġ attenzjoni medika u sapport minn ta’ madwar
Fost il-kelliema se jkun hemm professuri u tobba distinti li se jitkellmu dwar bosta punti ta’ din il-kundizzjoni.
Din il-konferenza hija għal dawk li jbatu jew għandhom familjari jew ħbieb li jbatu minn din il-kundizzjoni u se tkun inawguarata mill-E.T. President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Għall-aktar informazzjoni u għar-reġistrazzjoni żur is-sit permezz ta’ din il-link
//= $special ?>

