Konferma tal-fatt li d-“deal” tal-Gvern għall-kirja tal-bini tal-General Workers’ Union fil-Belt hu illegali joħroġ mill-fatt li d-Dipartiment tal-Artijiet lanqas biss sarraf iċ-cheque li l-GWU iddepożitat fil-Qorti bħala ħlas għall-kirja tal-art.
Dan ġie żvelat minn The Times of Malta fil-faċċata tal-gurnal. Fl-artiklu ġie spjegat li skont esperti legali, kollox jindika li ċ-cheque ma ssarrafx għax hemm illegalita’ fil-kirja li l-Union għamlet lill-Gvern.
Din il-kwistjoni ġiet investigata mill-Awditur Ġenerali li kkonferma li kien hemm illegalita’ u ta l-parir lill-Gvern biex jieħu l-każ il-Qorti. Madanakollu, minkejja li għaddew tliet xhur minn meta l-Awditur Ġenerali ppreżenta r-rapport ta’ investigazzjoni tiegħu, l-Gvern għadu ma ħa ebda passi kontra l-General Workers’ Union.
Fl-aħħar jiem ġie rrappurtat li dan id-deal jista’ jħalli impatt negattiv fuq kuntratti tal-Awtorita’ tad-Djar – li jfisser li l-poplu Malti u Għawdxi jista’ jitlef miljuni ta’ ewro f’assistenza soċjali.
Id-deal inkwistjoni hu dwar il-kirja tal-General Workers’ Union – tal-bini tal-Arms Limited, il-bini tal-Vjaġġi Untours kif ukoll tar-restorant Sciacca Grill.
//= $special ?>

