Il-video ta’ 20 minuta li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħareġ għall-Ewwel tas-Sena sewa’ madwar €8,400. Dan skont kelliem tal-Gvern li madankollu ppreċiża li l-ispiża għadha qed tiġi kkalkulata.
Iżda minkejja dan din iċ-ċifra ftit li xejn tista’ titwemmen hekk kif minn eżerċizzju li għamlet The Times of Malta joħroġ li l-ispiża titla’ għal iktar minn €10,000. Biss biss numru ta’ kumpaniji li jipproduċu filmati simili jieħdu bejn €1,500 u €3,000 biex jiffilmjaw u jeditjaw filmat simili.
Fil-filmat intużaw 40 membru tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, li s-soltu l-ispia għalihom titla’ għal €150 kull muiċist. Mhux magħruf jekk il-Gvern ħallasx b’din ir-rata, u jekk iva, l-ispiża kienet titla’ għal €6,000.
Ix-xena tal-muiċisti nġibdet bi drone, li għaliha normalment wieħed iħallas madwar €1,000 ta’ ġurnata xogħol. Jintuża wkoll pjanu f’xifer ta’ irdum, li normalment jiswa’ €500 sempliċiment biex jittieħed f’post simili.
.
//= $special ?>

