Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:45, fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.
Il-mutur tat-tip Kymco kien misjqu minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar, kellu impatt ma’ karozza tat-tip Nissan Micra.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara xi feriti ħfief li sofra.
//= $special ?>