Internazzjonali

Attakk fuq kowċ tat-turisti fil-Kajr

Police officers guard the Great Pyramid of Cheops in Giza, on the outskirts of Cairo January 16, 2015 .REUTERS/Mohamed Abd El Ghany (EGYPT - Tags: CRIME LAW SOCIETY TRAVEL)

Żewġt irġiel armati fetħu n-nar fuq lukanda qrib il-piramidi ta’ Giza, fil-limiti tal-Kajr, bl-isparatura sseħħ malli wasal fl-inħawi kowċ li kien mgħobbi bit-turisti.
Ma ndarab ħadd fl-attakk, iżda l-lukanda li jisimha Three Pyramids ġarrbet xi ħsarat. L-aggressuri spiċċaw arrestati ftit wara l-isparatura, waqt li sar magħruf ukoll li kien hemm talanqas żewġ Iżraeljani fost it-turisti rekbin fil-kowċ partikulari.