Lokali

€1.22 għal litru diesel f’Malta, 88ċ għal litru diesel fl-Italja

Minn jum għall-ieħor qed nisimgħu li l-prezz internazzjonali taż-żejt qed jonqos. Dan, normalment u f’pajjiżi oħrajn, isarraf fi tnaqqis fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, li minnhom igawdu ċ-ċittadini.

Hekk qed jiġri f’numru ta’ pajjiżi, fosthom fl-Ewropa. Qarrej ta’ NETnews.com.mt li bħalissa jinsab l-Italja bagħat dan ir-ritratt bil-prezzijiet tal-fuel illum il-Ħamis.

U, pereżempju, hekk kif iċ-ċittadini u t-turisti fl-Italja bħalissa qed igawdu minn prezz ta’ 88ċ għal kull litru diesel, f’pajjiżna, iċ-ċittadini u t-turisti li jżuruna qed jintalbu jħallsu €1.22.

Dan ikompli jagħmel il-prezzijiet tal-fuels f’pajjiżna fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea kollha.