Lokali

FILMAT: Mingħajr provvista tal-ilma u mingħajr informazzjoni

Minn żmien għall-ieħor nisimgħu b’ċirkostanzi fejn ħsarat iwasslu għal qtugħ fil-provvista tad-dawl jew l-ilma.

Din is-sitwazzjoni għaddejjin bħalissa minnha residenti f’ Ħ’Attard u f’partijiet minn Ħaż-Żebbuġ, li ilhom għal dawn l-aħħar tlett ijiem mingħajr ilma minħabba dawn it-tip ta’ ħsarat.

Madankollu, residenti li tkellmu ma’ NETnews spjegaw li minkejja d-diversi drabi li ppruvaw jagħmlu kuntatt mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jingħataw aktar informazzjoni dwar meta se jiġi lura s-servizz, huma kellhom biss tweġiba minn answering machine.

Barra minhekk, huma stqarrew id-diżappunt li f’dan il-każ, ma kellhom l-ebda avviż tal-qtugħ.