L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) ikkundannat bla riżervi l-atti ta’ vandaliżmu li saru fuq tabelli informattivi li jinsabu fl-Għarb, tul il-mixja li tinkludi wkoll Wied il-Mielaħ u t-Tieqa ta’ Wied il-Mielaħ.
Il-GTA qalet li ssaħħaħ il-kundanna tagħha b’mod partikolari wara l-ħidma sfieqa li qed jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Għarb biex jiġbed aktar turisti lejn ir-raħal. Fil-fatt, ħafna mill-ħidma tal-Kunsill tal-Għarb kien biex jisbieħ l-ambjent, anke grazzi għal fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li sostniet li, min-naħa l-oħra, atti ta’ vandaliżmu bħal dawn jagħtu isem ħażin lill-gżira Għawdxija, il-GTA appellat lill-Għawdxin kollha biex jaħdmu ħalli jirrispettaw aktar l-ambjent ta’ madwarhom.
Dan filwaqt li l-Assoċjazzjoni appellat ukoll lill-awtoritajiet lokali biex tittieħed azzjoni kontra kulmin jinqabad jagħmel xi att vandalu.
//= $special ?>